Nixtiequ nkunu ċerti li kulħadd jista’ juża s-servizz pprovdut mis- sit ta’ Kellimni.com. Għaldaqstant hawnhekk tista’ ssib ftit ħjiel li jistgħu jgħinuk taċċessa s- sit aħjar. Jekk jgħogbok ikkuntatjana bl- email jekk ma ssibx dak li qed tfittex jew jekk għandek xi suġġerimenti dwar affarijiet li nistgħu ninkludu fis- sit ta’ Kellimni.com.

Biddel is-settings tal-monitor

Fuq kompjuter li juża Windows 95 ‘l quddiem, agħfas Start > Settings > Control Panel > Display > Settings u biddel id-daqs tad-desktop billi tuża s-sliding bar.

Fuq kompjuter li juża Windows Vista, mur fl- “Ease of Access Center” billi tagħfas Winkey+U jew Start>Settings>Control Panel > Display > Settings

Fuq kompjuter li juża Apple Mac, tista’ tuża il- ‘Monitor & Sound Control Panel’ biex tbiddel ir-reżoluzzjoni.

Biddel id- daqs tal- kibta

Tista’ tbiddel id-daqs tal- kitba mis-settings tal- brawżer. Agħfas hawn għal informazzjoni dwar kif tagħmel dan.

Ħaddem l-iskrin billi tuza’ t-TAB fuq il- keyboard

  • Agħfas TAB fuq il-keyboard waqt li żżomm il-buttuna Ctrl magħfusa sabiex taqleb minn tabs li huma miftuħin fuq l-istess brawżer.
  • Agħfas T fuq il-keyboard  waqt li żżomm il-buttuna Ctrl sabiex tiftaħ tab ġdida fuq brawżer miftuħ.
  • Agħfas TAB fuq il-keyboard waqt li żżomm il-buttuni Ctrl + Alt sabiex taqleb bejn programmi jew brawżers miftuħin.

 

Tejjeb il-mod kif jaħdem il- keyboard jew il mouse.

Tista’ tbiddel is-settings tal- mouse jew il- keyboard tieghek billi tagħfas Start > Settings > Control Panel > Accessibility in Windows 95/98/NT/2000 and XP.

Innaviga l- paġna ta’ brawżer li jitkellem jew programmi li jaqraw il-kitba tal- iscreen (screen reader)

Għal brawżer li jitkellem tista’ tagħfas Alt+S u Enter biex taqleb bejn il-paġni tas-sit. Biex tirritorna għall-home page agħfas Alt+1+Enter.