Bħalma nafu, l-Internet joffri bosta benefiċċji. Permezz tiegħu nistgħu nżommu kuntatt mal-

ħbieb, nilagħbu xi logħba u anki naraw videos qosra. Madankollu rridu nżommu f’moħħna li l-

użu tal-Internet jinvolvi wkoll sett ta’ riskji li huma simili ħafna għal dawk li nsibu fid-dinja reali,

dik ta’ barra l-kompjuter.

 

Hawn taħt se ssib xi suġġerimenti dwar kif tista’ tipproteġi lilek innifsek meta tkun online.

 

Iċ-Chatting:

Iċ-chatting online huwa għodda eċċellenti ta’ komunikazzoni diġitali. Bosta individwi ċ-chatting

jużawh bħala mod alternattiv ta’ kuntatt mal-familja jew mal-ħbieb, wieħed li jqum ħafna inqas

flus mill-posta normali jew mill-użu tat-telefown. Sfortunatament, hemm ukoll individwi li jużaw

din l-istess għodda biex jagħmlu ħsara lill-ħaddieħor.

 

Dawn li ġejjin huma xi affarijiet li ta’ min iżżomm f’moħħok inti u tuża s-servizzi taċ-chatting online:

 

⦁ Qatt tagħti INFORMAZZJONI PERSONALI dwarek, ngħidu aħna l-indirizz jew l-isem tal-

iskola li tattendi, sakemm ma tkunx ċert 100% mill-identità tal-persuna li qed tikkomunika

magħha.

⦁ Xi persuni li tiltaqa; magħhom online mhux bilfors ikunu min qed jgħidu li huma. Il-

kompjuter jew il-mobile iservi ta; skrin bejnek u bejn il-persuna li qed titkellem magħha, u dan

jagħmilha faċli ħafna biex il-persuna l-oħra tigdeb dwar min verament hi. Taċċettax li tiltaqa’ ma’

xi ħadd li tkun iċċettjajt miegħu online. Tkellem ma; adult li vera tafdah, inkella ċempel fuq il-

helpline (kemm tiddalja 179) għal aktar pariri.

 

In-networking soċjali:

Is-siti tan-networking soċjali huma mod importanti ieħor kif iżżomm kuntatt ma’ sħabek. Sabiex

tkun tista’ tuża dawn is-siti jkollok bżonn toħloq profil. Dan il-profil ikun l-identità tiegħek f’dak is-

sit partikulari u jagħmel parti kbira mill-impront diġitali tiegħek. Id-digital footprint, kif jissejjaħ bl-

Ingliż, ifisser it-traċċi tiegħek fuq l-internet. Inti taf min jista; jarah il-profil tiegħek? Ħafna siti tan-

networking soċjali joffru livelli differenti ta’ settings tal-privatezza.

 

DAWN IS-SETTINGS UŻAHOM TAJJEB!

 

Is-settings tal-privatezza agħmilhom b;tali mod li l-informazzjoni tiegħek ikunu jistgħu jarawha

biss il-ħbieb approvati minnek. Dak kollu li inti żżid fil-profil tiegħek, imqar jekk sempliċiment

tikkummenta, tagħfas like jew ittella; stampa jew ritratt, jibq; dejjem hemm. Jista’ jiġi xxerjat,

ikkupjat u pprintjat. Bħalma żgur mhux se tippermetti li f’darek jidħol xi ħadd li ma’ tafx min hu,

hekk ukoll m’għandekx taċċetta friend requests minn nies li ma tafhomx.

L-Emails:

L-emails huma mod vera konvenjenti biex tikkorrispondi mal-oħrajn. Il-junk email, dik li tissejjaħ

ukoll spam, tirreferi għall-emails li jaslu mingħand persuni li mhux bilfors tkun taf min huma u li

jintbagħtulek mingħajr l-approvazzjoni tiegħek. Magħhom kultant jidħol xi virus ukoll!

 

Tiftaħx emails li jaslulek mingħand persuni ma tafhomx. Jekk m’intix ċert x;għandek tagħmel,

tkellem ma’adult li tafdah.

 

Is-Cyber Bullying:

Is-&quot’ Cyber bullying" huwa t-terminu li jintuża meta n-nies jużaw l-internet biex iwasslu messaġġi li

jagħmlu ħsara lil min jirċevihom. Il-bullying, irrispettivament mit-tip ta’ bullying li jkun, dejjem

iħalli effetti vera ħżiena fuq il-vittma.

 

Faċli tispiċċa vittma tal-bullying jekk toqgħod twieġeb għall-kummenti negattivi. ŻOMM KOPJA

TAL-MATERJAL OFFENSIV, kemm jekk għandek messaġġi, emails, kummenti u kemm jekk

stampi.

 

TKELLEM MA’; ADULT LI TAFDAH Tista’ wkoll tikkuntattja lil Kellimni.com jew iċċempel fuq il-

Helpline 179. Tista anki tikteb hawnhekk: 179.appogg@gov.mt

Is-Sexting:

Is-sexting jokkorri meta jintbagħtu messaġġi jew ritratti ta' natura sesswali b’mod espliċitu,

normalment minn mobile phone għal ieħor.

 

Jekk xi ħadd qiegħed jiffittak jew jisfurzak biex tibgħat messaġġi bħal dawn, TKELLEM MA;

ADULT TAL-FIDUĊJA TIEGĦEK biex jgħinek toħroġ minn din is-sitwazzjoni.

 

Jekk diġà tellajt xi messaġġ jew xi ritratt fuq xi sit ta’ networking soċjali, NEĦĦIH MALAJR

KEMM JISTA’ JKUN.

 

Jekk hemm bżonn IKTEB lill-persuna involuta jew lill-website stess fejn tellajt il-messaġġ/r- ritratt.

 

Suġġerimenti għal għajnuna fil-pront

 

Dawn li ġejjin huma ftit suġġerimenti li ma jeħdux iktar minn paġna. Jgħinuk tħares il-privatezza

tiegħek fi wħud mill-websites ewlenin ta’ networkng soċjali. Kemm tikklikkja fuqhom u tara l-

istruzzjonijiet spjegati sewwa.

tumblr-tipsheetinstagramiphone-tipsheettwitter-tipsheet-1ask-fm-tipsheet-2instagramandroid-tipsheet-2-2

 

Il-kontenut ta’ dan l-artiklu, inklużi s-suġġerimenti u l-videos, tħejjew minn

event

Għal aktar informazzjoni: http://www.besmartonline.org.mt/