IL-Komunikazzjoni mal-Genituri – Storja ta` Mandy ta` 14 il-sena

Il-ahwa! Min jaf kemm minnkom ghandkom l-istess storja bhal tieghi – m’ghandi l-ebda dubju!!! Il-problema tieghi hija kif nikkomunika mal-genituri tieghi. Inhosshom ghadhom jahsbuha bhall-antiki. Veru ma jifhmunix. Nipprova nitkellem maghhom, imma l-bicca l-kbira nispiccaw nghajjtu ma’ xulxin ghax inhoss li ma jkunux qed jifhmu dak li nkun qed nipprova nghid. Tkellimt ma’ shabi u hafna minnhom ghandhom l-istess problema. Il-genituri taghna jippruvaw jikkontrollawna wisq u jkollona xi nghidu fuq kollox: x’nilbsu, x’inhobbu u x’ma nhobbux, regoli, muzika…

Niftakar bhala tifla jiena u ommi veru konna mmorru tajjeb ma xulxin. Jien nahseb li ghax dejjem kont naghmel kull ma tghidli u qatt ma naf li ma obdejtix. Illum qisna qatt ma nieqfu nitlewwmu, u kull ma naghmlu niggieldu. Ommi tghidli li sirt ardita u ma nafx x’inhu rispett. Jien ma nahsibx li jien ardita, biss nahseb li ma naqbilx ma’ kull ma tghidli u meta nipprova nghidilha li ma naqbilx, hi tahseb li nkun ardita. Nahseb li hemm differenza bejn tkun ardita u li ma taqbilx ma’ kull ma jghidu l-genituri. Ha nghatikom ezempju ta` x’qed nipprova nghid!

Nhar l-Erbgha filghodu ommi u jien konna sejrin nixtru u ridt nilbes top isfar li jogghobni. Staqsitni biex inbiddlu ghax skont hi ma kontx liebsa sew biex immorru nixtru; qaltli li dak aktar jixraq li nilbsu filghaxija. Jien hassejtni offiza ghax jien dak li kont ghazilt biex nilbes. Jien ghidtilha: “Ma, jien dan irrid nilbes u nahseb li jien fil-liberta` li naghzel li nilbes li rrid, jien m’ghadnix tarbija li trid toqod tlibbisha. Ghaliex qed tipprova tikkontrollani x’nilbes ukoll?” Ommi mill-ewwel bdiet tirrabja u bdiet tghajjat: “mhux qed nipprova nikkontrollak, qed nghidlek biss x’inhu tajjeb jew hazin. Jien ommok, u jien ghandi nghidlek x’ghandek taghmel jew le, inkella min ser jghidlek? Hbiebek???.” Ajjjmmmaaa! Ergajna qajjimna gwerra dinjija fuq hmerija. Tant kont frustrata li qbadt u mort lejn kamarti, sabbatt il-bieb u ma rgajtx hrigt qabel xi saghtejn wara. Ommi wkoll baqet bil-buli sa filghaxija.

Minhabba li ma sirtx nista` nitkellem m’ommi, allura fittixt ftit fuq kif nista’ nikkomunika ahjar biex ta` l-anqas inkun nista` jkolli relazzjoni xi ftit ahjar maghha. Nixtieq li hi taghmel l-istess! Jien ser nipprova naqsam maghkom dak li sibt, biex jekk xi hadd ghandu l-istess problema, forsi nitghallmu lkoll x’nistghu naghmlu dwar dan.