L-Ambjent u Jien – Storja ta’ Neville ta` 10 snin

Minn dejjem kont inhobb kull ma ghandu x’jaqsam man-natura u d-dinja ta` madwarna. Ta` tifel ckejken kont ninteressa ruhi mill-insetti, l-annimali u l-pjanti. L-aktar haga li kont niehu pjacir biha kienet il-passiggata fil-kampanja. Meta nkun barra, fil-beragh, inhossni tant kuntent, mimli energija.

Hafna drabi jghiduli li jien iffissat, ghax veru naghti kaz tal-ambjent u niehu hsiebu. Jien ma jidhirlix li jien iffissat ghax niehu hsieb l-ambjent ta` madwarna u d-dinja li nghixu fiha. L-istess bhal ma niehdu hsieb id-dar fejn noqghodu, tant iehor id-dinja hija d-dar taghna, aktar fil-kobor. Jien veru nemmen li ghandna responsabbilta` biex niehdu hsieb id-dinja fejn nghixu, biex hekk inzommuha bhal post sabih ghal dejjem.

Ahna l-iskola qed naghmlu lezzjonijiet dwar l-Ambjent, u jien veru niskanta bil-hafna modi li ahna t-tfal nistghu niehdu hsieb l-ambjent. Nitghallmu kif niehdu hsieb id-dinja ta` madwarna billli niehdu hsieb it-toroq, l-ghelieqi, il-bahar, fejn nilghabu, u kull fejn inkunu nadif (ez empju: ma nitfghux karti jew inhalli zibel warajna). Jekk naghmlu hekk inkunu qed nipprotegu l-Ambjent ghaliex iz-zibel li nhallu warajna johloq l-inkwinament li jaghmel il-hsara lid-dinja. Inkwinament huwa meta nhallu hmieg warajna, jew narmu xi affarijiet li jaghmlu hsara lill-ambjent.

Jien noqghod attent biex meta nkun id-dar ma nhallix dawl jixghel ghal xejn. Naghmel hekk ghax biex niggeneraw l-elettriku il-pajjiz juza hafna zejt, u dan iz-zejt mahruq jaghmel hsara lill-ambjent. Ghalhekk, jekk nuzaw anqas elettriku, naharqu anqas zejt. Il-familja tieghi ukoll nippruvaw nuzaw il-karrozza mill-anqas. Jekk ommi tkun trid tmur tixtri, ma toqghodx tuza l-karrozza, imma tmur bil-mixi fil-hwienet. Dan ghaliex il-karozza tuza z-zejt ukoll, u l-petrol li jinharaq jaghmel hsara l-arja ta` madwarna.

Tghallimna wkoll li ghax ahna qed inniggsu l-ambjent, qed jinholoq l-effett hekk imsejjah tas-serra, jigifieri li qed jibdel it-temperatura tad-dinja u qed issir aktar shuna minhabba l-gassijiet li qed jinxtehtu fl-atmosfera. Din is-shana tad-dinja hija perikoluza ghax qed tikkawza kundizzjonijiet ta` temp estrem fid-dinja, bhal maltempati kbar, gharar, hruq ta` foresti minhabba s-shana qawwija. Fil-fatt hekk qed jigri! Niftakru fl-gharar li sar fil-Pakistan u kemm qered villaggi shah, l-istess ic-Cina fejn mietu hafna nies. It-temperatura fir-Russja telghet hafna aktar min-normal, u minhabba s-shana li kien hemm qabad hafna nar fil-foresti u mietu hafna nies. Nistghu naraw kemm hu importanti li niehdu hsieb id-dinja ta` madwarna, u ma hemm xejn ta` fissazzjoni f’min jiehu hsieb l-ambjent. Ha naghtikom ftit ideat u informazzjoni li ahna t-tfal ghandna nkunu nafu, u kif ahna nistghu inkunu ta` ghajnuna. Nittama li issiru thobbu l-ambjent intom ukoll!