Kif tista’ ssir voluntier/a?

F’Kellimni.com jeżistu diversi opportunitajiet ta’ volontarjat għal persuni li għandhom 18-il sena jew iktar. Dawn ir-rwoli niddeskrivuhom iktar ‘l isfel.  Madankollu, jekk għandkom xi ideat oħra dwar kif tistgħu tikkontribwixxu f’ Kellimni.com, it-tim ta’ koordinazzjoni tagħna dejjem lest li jisma’ u jiddiskuti s-suġġerimenti tagħkom.  

Rwoli ta’ volontarjat fi ħdan Kellimni.com

Kuntatt mal-Klijent:

Il-voluntiera jrid ikollhom mill-inqas 18-il sena u jkunu jafu tajjeb kemm il-Malti kif ukoll l-Ingliż.  

Wara li japplikaw, il-voluntiera jiġu mistiedna għal intervista informali.  Il-voluntiera li jintgħażlu għal dan ir-rwol ikunu jridu jagħmlu kors ta’ taħriġ qabel ma jibdew jaħdmu (madwar 40 siegħa).  Wara li jitlesta t-taħriġ, il-voluntiera, taħt is-superviżjoni ta’ persuna professjonali jistgħu, bħala operaturi uffiċjali ta’ Kellimni.com li ħadu taħriġ professjonali, jibdew jassistu l-klijenti biex jgħinu lil min juża s-servizz.  Il-parti l-kbira tal-kuntatt mal-klijent isir mill-uffiċju ta’ Kellimni.com  

Kitba ta’ artikli:

Fuq il-websajt Kellimni.com ta’ spiss jittellgħu artikli relatati ma’ kwistjonijiet li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ tal-lum.  Dawk il-voluntiera interessati jikkontribwixxu f’dan il-qasam jintalbu jissuġġerixxu temi li jistgħu jiktbu dwarhom f’dawn l-artikli, u jgħaddulna l-kontenut li jiktbu biex jittella’ fuq il-websajt.  Dawn l-artikli ġeneralment jittellgħu bl-Ingliż u l-Malti.  

Qari tal-provi u/jew Traduzzjoni:

Dawn il-voluntiera jittraduċu u/jew jaqraw il-provi ta’ artikli miktuba minn Kellimni.com (normalment tintalab traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti).  Dan ix-xogħol isir mid-dar, b’korrispondenza permezz tal-Mail u l-Google Docs.  

Marketing u Reklamar Onlajn:

Dan ir-rwol jinvolvi għajnuna sabiex isir marketing u reklamar tas-servizzi onlajn ta’ Kellimni.com, l-iktar permezz tal-Midja Soċjali.  Il-voluntiera jintalbu jgħinu jippowstjaw u jiddisinjaw, jiġbru statistika mill-midja soċjali, joħolqu kontenut għall-websajt, jgħinu fil-kitba ta’ artikli u fit-tixrid ta’ ġurnali onlajn.  

Marketing jew Reklamar Offlajn:

Il-voluntiera f’dan ir-rwol jagħtu sehemhom fis-servizzi offlajn ta’ Kellimni.com.  Jistgħu jassistu fil-produzzjoni u t-tqassim ta’ materjal stampat, bħal inkwatri, powsters, strixxuni, stickers u fuljetti, jistgħu jintalbu jikkuntattjaw entitajiet tal-midja bħal stazzjonijiet tar-radju, tat-televixin, gazzetti, skejjel u għaqdiet taż-żgħażagħ għall-possibbiltà li jintroduċu s-servizz liż-żgħażagħ u biex jirreklamawh.  Dawn il-voluntiera jistgħu jintalbu jassistu fil-produzzjoni tal-midja wkoll jekk ikun hemm bżonn.  

Amministrazzjoni:

Il-voluntiera jintalbu jassistu primarjament fit-tmexxija tal-uffiċju ta’ Kellimni.com.  Jintalbu jiġbru statistika, jgħinu voluntiera oħra, jassistu l-koordinaturi tas-servizz u msieħba oħra.  Dan ir-rwol jinvolvi wkoll għajnuna f”oqsma oħra fi ħdan it-tim Kellimni, pereżempju fil-qasam tal-Marketing u r-Reklamar, fil-kitba ta’ artikli, fil-kuntatt ma’ entitajiet u fit-tqassim ta’ materjal promozzjonali, fil-kontenut tal-websajt u fil-koordinazzjoni tax-shifts tal-voluntiera.  

Jekk int interessat li tagħtina daqqa t’id, jew li ssir voluntier, tiddejjaqx timla l-applikazzjoni t’hawn taħt:  

Formula ta’ applikazzjoni għall-Voluntiera

Għal iktar informazzjoni kkuntattjana permezz tal-formula bil-mail:

https://kellimni.com/email-us/