Jista’ jagħti l-kas li fil-ħajja ta’ kuljum iltqajt ma ċertu kliem jew termini li huma wżati jiddeskrivu nies fi ħdan il-komunita LGBT. Dan seta’ ġara billi smajt jew ipparteċipajt f’xi konverżazzjoni, u/jew fuq l-internet. Imma xi jfissru eżatt dawn it-termini?

Definizzjonijiet

“Coming Out” – Il-proċess ta rikonoxximent tal-orjentazzjoni sesswali jew tal-identita tal-ġeneru tiegħek, u l-integrazzjoni tal-għarfien tagħhom fil-ħajja personali u soċjali tiegħek.

L-Orjentazzjoni SesswaliĠibda fiżika jew emozzjonali jew romantika jew sesswali li persuna tħoss lejn irġiel jew/u nisa.  L-orjentazzjoni sesswali mhux dejjem tkun sinonima ta’ attivita sesswali.

L-Identita tal-Ġeneru – Il-mod kif bnieden iħossu minn ġewwa, jiġiefieri jekk jidentifikax bħala raġel jew mara jew l-ebda. L-identita tal-ġeneru mhux bilfors tirrifletti s-sess bijoloġiku.

“Questioning” – Persuna li tkun għadha għaddejja mill-proċess li tiskopri l-orjentazzjoni sesswali jew l-identita tal-ġeneru tagħha.

Eterosesswali – Persuna li hija fiżikament, emozzjonalment u sesswalment  miġbuda lejn persuna ta sess differenti minn tagħha.

Omosesswali – Persuna li hija fiżikament, emozzjonalment u sesswalment miġbuda lejn persuna ta l-istess sess.

“Gay” – Persuna li hija fiżikament, emozzjonalment u sesswalment miġbuda lejn persuna ta l-istess sess. Il-kelma ‘gay’ tista tintuża kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa, pero hi aktar użata biex tirreferi għall-irġiel.

Liżbjana – Mara li hija fiżikament, emozzjonalment u sesswalment miġbuda lejn nisa oħra.

Bisesswali – Persuna li hija fiżikament, emozzjonalment u sesswalment miġbuda kemm lejn irġiel kif ukoll nisa.

Intersesswali – Persuna li titwieled b’karatteristiċi ambigwi tas-sess li ma jikkonformawx mal-aspettattivi soċjali u kulturali ta’ ġeneru wieħed. Eżempju persuna li titwieled bl-organi sesswali tal-irġiel u tan-nisa, jew b’sess ambigwu.

Transesswali – Persuna li tidentifika lilha nnifsa bħala persuna tal-ġeneru oppost (eżempju tfajla li tħossha ġuvni minn ġewwa). Nies transesswali jistgħu jagħżlu li jagħmlu operazzjonijiet biex is-sess tagħhom jirrifletti l-ġeneru tagħhom.

Transvestit – Persuna li tħoss il-bżonn li tilbes ħwejjeġ ġeneralment milbusa mis-sess oppost.

Omofobija – Il-biża u/jew il-mibegħda lejn l-omosesswalita f’ħaddieħor. Ħafna drabi toħroġ bħala atti ta’ preġudizzju, diskriminazzjoni, intimidazzjoni jew vjolenza.

LGBTQ – Liżbjana Gay Bisesswali Transesswali u Queer.

“Queer” – Storikament kien terminu negattiv għall-omosesswalita. Riċentament, il-komunita LGBTQ bdiet tużah biex tirreferi għaliha nnifsa b’mod pożittiv.

 

Jien ok?

 

Minkejja li ħafna nies huma eterosesswali, dan ma jfissirx li dawk l-individwi li huma liżbjani, gay, bisesswali u transesswali m’humiex normali.

Li tkun LGBT mhix marda mentali. Nies li jidentifikaw bħala persuni LGBT xorta jistgħu jirrispettaw il-liġi, jikkontribwixxu fis-soċjeta li jgħixu fiha, u jifformaw relazzjonijiet bħal ħaddieħor.

Kulħadd huwa uniku, u din l-uniċita tagħmilna differenti wieħed minn l-ieħor. Importanti li niftakru li different ma jfissirx ħażin. Uħud xorta se jsibuha diffiċli jaċċettaw nies li huma LGBT, għax ikun hemm il-biża ta xi ħaġa mhux familjari magħha. Pero mażżmien, l-aċċettazzjoni tiġi u tiżdied.

Minn issa, emmen fik innifsek u li int n’intix inqas minn ħaddieħor – anki jekk ħaddieħor jgħid mod ieħor.

 

Kif ġejt hekk?

 

Ħafna persuni LGBT jistaqsu dil-mistoqsija lilhom nnfusħom, u b’hekk saret riċerka li ppruvat issib tweġiba lil dil-mistoqsija. Bosta teoriji dwar għaliex u kif persuna tidentifika bħala LGBT ġew esplorati, u dawn jistgħu jinstabu b’tfittxija sempliċi minn fuq l-internet.

Ma fiha xejn ħażin li tkun tagħmel parti mill-komunita LGBT. Is-sesswalita ta persuna mhux se twaqqafha milli tilħaq il-miri tagħha, għaliex is-sesswalita ta persuna hi biss parti waħda minn dak li jagħmlek int.

 

Kif nista nkun naf biċċert li jien LGBT?

Bħal kull aspett ieħor tal-personalita u l-identita, is-sesswalita tieħu l-ħin tagħha biex tiżviluppa. Huwa importanti li ma tibżgħax tħoss u tesperjenza dwan il-bidliet. Ċertu nies iħossuhom differenti minn eta żgħira, filwaqt li oħrajn jibdew jindunaw b’dawn id-differenza meta jkunu ferm akbar.

M’għandekx tagħmel pressjoni fuqek innifsek biex tittikketta lilek nnifsek bħala LGBT, u tinsiex li mhux bilfors għandu jkollok relazzjoni ma persuna ta l-istess sess biex tara jekk intx gay. L-istess ħaġa tapplika meta tkun qed tesplora l-identita tal-ġeneru. M’għandekx tieħu deċiżjonijiet li m’intx komdu bihom.

 

Din fazi?

Waqt li qed tikber hija ħaġa komuni li tesplora u tesperimenta bis-sesswalita tiegħek. Jekk ikollok relazzjoni intima ma persuna tal-istess sess ma jfissirx li int gay, u bl-istess raġunament jekk ikollok relazzjoni intima ma persuna tas-sess oppost ma jfissirs li int eterosesswali.

Jekk int miġbud lejn persuna tal-istess sess hija indikazzjoni li int gay.

Is-sesswalita mhix sewda jew bajda, u għaldaqstant mhux faċli tagħtiha tikketta. Iżżmien biss jista jurik jekk is-sentimenti li qed tħoss humiex fażi jew le. Imma m’għandux iħossok li għandek tgħaġġel fid-deċiżjonijiet li tieħu.

 

Imma jien mhux “sissy” jew “tomboy”!

 

Mhux kull raġel omosesswali għandu tendenzi femminili, u mhux kull liżbjana hija maskili. Dawn huma biss sterjotipi, u ir-riżultat tar-rappreżentazzjonijiet LGBT fil-midja u s-soċjeta.

L-iktar ħaġa importanti hi li tkun onest miegħek nnifsek u ma tħallix lil ħaddieħor jillimitawk. Tinsiex, m’għandekx għalfejn tikkonforma mal-isterjotipi biex tkun LGBT.

 

“Coming out”

Li tgħid lil xi ħadd li int LGBT huwa pass importanti, u kull persuna tesperjenzaha b’mod differenti. Madankollu, hija xi ħaġa li għandek tagħmel biss meta jħossok komdu u jkollok l-appoġġ. Trid tkun ippreparat għal reazzjonijiet differnti, u trid tkun paċenzjuż ma ħaddieħor.

 

Ftakar

  1. Kulħadd jesperjenza l-“coming out” tiegħu b’mod differenti
  2. Kun ippreparat: Għamel riċerka ħalli tkun taf tgħarraf il-fatti mill-miti
  3. Tkellem man-nies wieħed wieħed u x’imkien privat
  4. Kun ċert li għandek biżżejjed ħin u spazju biex taqsam l-informazzjoni mal-persuna li qed tkellem
  5. Qatt toħroġ f’argument jew biex tweġġgħa lil xi ħadd
  6. Fil-bidu jista jagħti l-każ li ċertu nies jgħidu xi affarijiet li jweġġgħu mingħajr ma jindunaw. Tinsiex li f’dak il-mument ikunu maħsuda.
  7. Jista jkun li diġa jafu
  8. Tieħux l-partner tiegħek miegħek
  9. Kun lest biex tagħtihom iżżmien biex jaħsbu qabel ma sseħħ diskussjoni
  10. Kun lest għall-mistoqsijiet, li jistgħu ikunu offensivi
  11. Se jkun hemm nies li qatt ma se jagħtuk appoġġ.
  12. Dejjem għandu jkollok “escape plan”. Biex bilfors tiġi bżonnu, imma ahjar tkun preparat
  13. F’każ ta sitwazzjoni estrema għandu jkollok x’imkien fejn tista tqatta l-lejl u xi flus mfaddla
  14. Jekk ħriġt bħala LGBT ma’ persuna, ma jfissirx li mhux se jkollok terġa tgħidilha
  15. Ħu nifs! Kollox se jkun ok!

 

X’se nagħmel jekk niġi “bullied” jew iddiskriminat?

Huwa importanti li tagħraf l-affarijiet li m’għandux ikollok għalfejn iġġarrab bħal bullying, fastidji jew diskriminazzjoni. Jekk int student u qed tiġi bullied għandek id-dritt li titlob l-ghajnuna mill-ghalliema tiegħek jew il-kap tal-sikola. Jekk tħoss li l-iskola ma ħaditx azzjoni wara t-talba tiegħek tista’ ċċempel lis-servizz tal-anti-bullying fl-iskejjel fuq 21231567.

Harassment jinvolvi aġir irrepetut minn persuna jew grupp li jiffastidja jew idejjaq lil persuna oħra u li jista’ jinkludi rikjesti jew tgħeddid. Ir-raġunijiet għal harassment jistgħu ikunu bosta, inkluż preġudizzju, malizja, li wieħed irid jakkwista xi haġa mill-persuna l-oħra (per eżempju pjaciri sesswali jew flus) jew biex wieħed iħoss li għandu l-poter. Diskriminazzjoni hija t- trattament inġust jew preġudikat lejn gruppi ta’ nies, per eżempju talli huma gay. Jekk inti esperjenzajt harassment jew diskriminazzjoni fuq il- bażi tal- orjentazzjoni sesswali tiegħek, tista’ tirrapporta din l-esperjenza lill- Kummissjoni Nazzjonali għall- promozzjoni tal- Ugwaljanza. Jekk dan il- harassment jew diskriminazzjoni kien relatat mal- impjieg tiegħek, tista’ tirrapporta ukoll lit- Tribunal Industrijali. Il- każjijiet li jista’ jara t-Tribunal Industrijali jinkludu allegazzjonijet ta’ tkeċċija mix-xogħol, trattament diskriminatorju, ksur tal- prinċipju ta’ ħlas indaqs għal xogħol ta’ valur indaqs, u vittimiżżazzjoni.

 

Ejja nitkellmu dwar is-sess

Relazzjonijiet sesswali ma nies oħra, kemm jekk huma tas-sess oppost jew tal-istess sess, jinvolvi xi riskji. L-HIV/AIDS u infezzjonijiet oħra li huma trasmessi sesswalment (STIs/STDs) huma serji, pero jistgħu jiġu evitati.

Importanti li wieħed iżomm f’moħħu li jekk jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, nies LGBT m’humiex f’riskju akbar ta infezzjoni minn persuni eterosesswali.

Professjonisti tas-saħħa jinsistu fuq l-uzu ta kondoms. Dawn jistgħu jipproteġuk minn tqala mhux mixtieqa, kif ukoll minn infezzjonijiet li huma trasmessi sesswalment. Madankollu huwa importanti li tkun taf li anki bl-użu tal-kondom dawn l-infezzjonijiet xorta jistgħu jiġu mlaqqta mis-sess orali.

Kun responsabli meta jkollok relazzjoni sesswali ma persuna oħra; u jekk għandek xi tħassib dwar is-saħħa tiegħek, tista ċċempel il-GU Clinic fuq 21227981 għal test mediku kunfidenzjali u bla ħlas.

 

Ma min nista nitkellem dwar dan kollu?

Hawn numru ta servizzi li inti tista’ tikkuntattja:

National Gay Helpline – Miftuh mit-Tnejn sal-Ħadd bejn 8am u 8pm

 

Numri ta kuntatt – 21430006/99255559

 

The Rainbow Service, LGBT Youth Drop-in – Miftuh nhar ta Tlieta minn 5pm sa 8pm

Paġna fuq Facebook – https://www.facebook.com/rainbowsupportservice/

 

Gender Liberation

Sit Elettroniku – http://www.genderliberation.com/

 

Paġna fuq Facebook – https://www.facebook.com/genderliberationNGO/

 

Drachma – Huwa spazju miftuh għal persuni LGBT, il-ħbieb u l-familjari tagħhom, fejn is-sesswalita u l-ispiritwalita jistgħu jiġu ntegrati. (Dan huwa Servizz għal persuni Kattoliċi)

Sit Elettroniku – www.drachmalgbt.blogspot.com

 

Email – drachmalgbt@gmail.com

 

Paġna fuq Facebook – https://www.facebook.com/drachmalgbti

 

Numri ta kuntatt – 79 253 875 (LGBT), 79 442 317 (Ġenituri)

 

We Are – Avvenimenti Soċjali

 

Sit Elettroniku: http://www.weare.org.mt/

 

Paġna fuq Facebook: https://www.facebook.com/WeAreUoM/

 

Fejn nista niltaqa’ ma nies LGBT ohra?

 

Ladarba taċċetta l-orjentazzjoni sesswali jew l-identita tal-ġeneru tiegħek, jista jagħti l-kas li tkun tixtieq tiltaqa’ ma nies oħra li huma għaddejjin, jew li diġa għaddew, mill-istess esperjenza. Illum il-ġurnata hawn modi differenti biex tiltaqa ma nies oħra, f’dan il-każ persuni LGBT; jew wiċċ imb’wiċċ jew permezz tal-internet. F’Malta hawn numru żgħir ta “hangouts” għal nies LGBT, pero sakemm tagħmel ħbieb ġodda jista’ jkun li tħossha diffiċli tmur waħdek. Għandna ukoll bosta organiżżazzjoniet LGBT li int tista’ tingħaqad magħhom.

Il- Malta Gay Rights Movement, MGRM) torganiżża avvenimenti matul is-sena kollha. Dawn l-avvenimenti huma iktar facli biex taċċesshom, u hemm l-opportunita’ li tiltaqa’ ma xi voluntiera minn tagħhom minn qabel biex b’hekk ikun iktar faċli għalik tingħaqad ma grupp ikbar. Jekk tixtieq iktar informazzjoni tista’ tiċċekja s-sit jew il-paġna tal-Facebook. Il-“National Gay Helpline” jistgħu ukoll jgħinuk f’dawn ir-rigward.

Dan l-artiklu ġie ppreparat bis-saħħa tal-kollaborazzjoni bejn MGRM u kellimni.com