ossni parti mill-bqija?

Storja dwar il-Peer Pressure

Reggħa daqq l-alarm! Jkolli nqum mis-sodda izda jiena vera nobgħod nqum biex immur l-iskola! Dejjem nibza’ xi ftit biex nerggħa nibda l-iskola wara l-vaganzi twal tas-Sajf. Form II! Fadali erbgħa snin oħra sakemm nispiċċa l-iskola! Inħossni vera anzjuza… Naf li m’għandixhomework x’nagħti u jiena ħerqana biex nara l-ħbieb tiegħi mill-gdid, izda xorta, nħoss għoqda fl-istonku. Tgħid nbidel xi haga? L-ħbieb tiegħi għadhom jidhru l-istess? Certa li kulhadd ser jkollu basktijiet tal-iskola cool u l-aqwa kartolerija. Ejja nittamaw li huma jaħsbu li l-affarijiet tiegħi huma cool ukoll.
Parti minni tghid, “Ieqaf inkwieta fuq x’jaħseb ħadd ieħor! Kun dak li inti.” L-parti l-oħra tgħid “Għamel minn kollox biex tintgħogob. Għamel bħal ħaddiehor.”

peer pressure girl

Oħti, Sophie, li għadha kif bdiet it-tieni sena tagħha l-Università tgħid li meta tikber, l-affarijiet ikunu nqas konfuzi. Hija tgħid li ħassitha ​​ferm iktar libera biex tesprimi dak li tħoss u tagħmel dak li tixtieq la darba kienet bdiet Sixth Form. Sophie qalet li l-Università hija saħansitra aktar faċli meta jidhlu dawn l-affarijiet. Hija tifhimni ħafna meta naqsam magħha l-bizgħat tiegħi, għax hi tiftakar sew ħafna kemm hu diffiċli biex tħossok tagħmel parti mill-bqija u fl-istess hin tkun differenti – tkun individwu.

Sophie assiguratni li anki l-iktar grupp cool fl-iskola tal-bniet jesperjenza peer pressure. Anke dawn huma kkontrollati minn “regoli” soċjali. Meta  xi weekends nitħalla noħrog, nara lil kulhadd liebes ħwejjeg simili u l-istess stil ta xagħar. Kull darba jkolli ncempel lill-ikbar ħabiba tiegħi, Ella, biex nara x’ser tilbes u kif ser tagħmel xagħarha. Nkunu kopja ezatti ta’ xulxin ghaliex nibzgħu nispikkaw u nkun differenti… ħalli f’kaz li jkun hemm xi ħadd li jaqbad magħna fuq xi haga, ma nkunux waħedna. Madankollu, fil-fond ta’qalbi ma nieħux daqshekk pjaċir meta nkunu l-istess. Li tkun differenti huwa divertenti u attraenti! Imma jien kuragguza bizejjed?

Iddeċidejt li mmur kontra l-istil li jien, Ella u zewgt iħbieb ohra konna fthemna l-bieraħ. Jekk dawn jistaqsu għaliex bidilt il-ħsieb, ngħid li ma kelliex aptit nilbes hekk dalgħodu. Huwa veru – m’għandi aptit li nkun kopja ta’ ħadd illum! Nidħol fil-karozza ta’ missieri, għadni nħossni nervuża imma ftit eċċitata ukoll.

Ahseb ftit

  • Inti qatt tħossok nervuz jew mbeza’ qabel tmur l-iskola?
  • Jekk din l-emozzjoni hija familjari, meta jigrilek hekk – kuljum? Fil-bidu ta’ kull term? Wara l-weekend?
  • Inti qatt thoss li għandek kunflitt gewwa fik, bejn tixtieq tkun l-istess bhal ħaddiehor u bejn tixtieq tkun inti nnifsek, fl-istess ħin?
  • Għandek xi ħadd li tista’ tafda, ma min tista titkellem dwar x’jinkwietak jew x’jagħmilek pressjoni?
  • Taqbel li ma tieħux daqshekk pjaċir meta jkun hemm kollox l-istess, u li affarijiet differenti jistgħu jkunu eċċitanti?

Migjub lilkom b’kollabrazzjoni ma’  Gestalt Psychotherapists:

1. Geraldine Borg, ger_b_202@yahoo.com / 7932 4008

2. Nadine Castillo, nadinecastillo13@gmail.com / 9945 2436  

3. Karen Schranz. karenschranz@yahoo.com / 9942 8395