Il-Personalità – jien min jien?

Natura vs Trobbija

X’inhuwa fuq kollox id-dibattitu bejn in-natura u t-trobbija?

  • In-Natura tirreferi għal ġeni u fatturi ereditarji li jinfluwenzaw dak li aħna – mid-dehra fiżika tagħna pereżempju għajnejn blu, xagħar kannella, sal-karatterisitċi tal-personalità tagħna pereżempju miftuħ, mistħi, eċċ… Sempliċiment, huma sett komplet ta’ struzzjonijiet li jinsabu ġo fina, dwarna.
  • Trobbija tirreferi għal dawk l-affarijiet kollha fl-ambjent tagħna li jħallu impatt fuq min aħna. Pereżempju, l-esperjenzi tat-tfulija bikrija tagħna, kif trabbejna, ir-relazzjonijiet tagħna mal-ħbieb u mal-familja, il-kultura li fiha konna mtellgħin, it-twemminiet u prattiki reliġjużi eċċ…

Xi eżempji:

Jekk student imur tajjeb fl-iskola u jikseb id-Disgħinijiet fit-testijiet tiegħu kollha, dan ifisser li huwa intelliġenti ħafna, jew li għandu bosta għajnuna u sostenn fid-dar?

Jekk tifla tidher stressjata u tibki ta’ spiss, dan ifisser li hija persuna mhux kuntenta u anzjuża, jew hemm xi ħaġa fl-ambjent tagħha li qed ixxekkilha?

Ieqaf mument biex taħseb dwarek innifsek. Sib tliet aġġettivi li jiddeskrivu l-personalità tiegħek u aħseb sewwa kif inti sirt hekk. Taħseb li twelidt hekk, hija kkawżata mill-ambjent tiegħek jew taħlita tat-tnejn?

Fi ftit kliem, id-dibattitu bejn in-natura u t-trobbija jittratta dwar għala aħna kif aħna. Xi nies jemmnu li l-personalità tagħna hija strettament ġenetika u hija ffurmata fina stess, waqt li oħrajn jaħsbu li hija r-riżultat ta’ kull ma hawn madwarna u l-esperjenzi differenti li aħna ngħixu.

Biex ngħidu l-verità, ma hemmx evidenza li turi li xi waħda hija l-unika fattur. Għall-kuntrarju, taħlita ta’ natura u trobbija hija dik li hija maħsuba li taffettwa l-mod kif nikbru u x’tip ta’ persuna nsiru.

Tipi ta’ personalità

Allura eżattament x’jagħmel il-personalità? Uħud mill-affarijiet li jiddefinixxu min aħna jinkludu xejriet ta’ kif aħna naħsbu u naġixxu, kif ukoll l-mod emozzjonali tal-għajxien. Pereżempju, meta xi ħadd jinkwetani, kif normalment naħsb dwar is-sitwazzjoni li ġrat, u kif nġib ruħi? Dejjem inħoss li huwa t-tort tiegħi u ninkwieta? Jew jien naħseb li sewwa li nidħol f’argumenti u għalkemm inweġġa’, xorta nistgħu nibqgħu ħbieb? Minn dan l-eżempju tista’ tara li l-mod kif nirreaġixxu għall-affarijiet fil-ħajja jinfluwenza bil-bosta x’xorta ta’ persuna aħna u kif il-personalità tagħna hija deskritta minna stess u minn oħrajn.

Il-personalità tagħna hija influwenzata sewwa mill-persuni madwarna u bir-relazzjonijiet tagħna ma’ ħaddieħor. Pereżempju, aħna nistgħu nkunu aktar lesti u komdi nitkellmu mal-ħbieb, waqt li nkunu mistħija u kwieti ma’ persuni li ma nafux. Huwa importanti li wieħed jiftakar li l-personalità mhijiex fissa, deskrizzjoni riġida ta’ inti x’inti. Ukoll, matul iż-żmien il-mod kif aħna jista’ jinbidel minħabba l-esperjenzi tal-ħajja u r-relazzjonijiet li għandna ma’ ħaddieħor.

Estroverżjoni u Introverżjoni

Hemm ħafna teoriji dwar il-personalità. Carl Jung, psikjatra u psikoanalista Żvizzeru, ddeskriva l-persuni bħala la huma estroverti u lanqas introverti.

Personalità Estroverta – Din tiddeskrivi lil xi ħadd li huwa miftuħ u enerġetiku meta jkun mdawwar b’persuni oħrajn. L-estroverti jħobbu joħorġu u jissoċjalizzaw u normalment għandhom ċirku soċjali kbir.

Personalità Introverta – Din tiddeskrivi lil xi ħadd li jippreferi jqatta’ il-ħin ma’ ftit persuni u huwa ferħan li jkun waħdu. L-introverti jieħdu gost bil-kumpanija tagħhom u għandha xeħta li jkollu ftit ħbieb tal-qalb li huma jafdaw u jqattgħu ħin magħhom.

Ma hemmx mod tajjeb jew ħażin kif għandek tkun. Li tkun komdu kif tħossok u onest miegħek innifsek huwa aktar importanti minn kull ħaġa oħra.

Kif tgħid l-attriċi u mudella Indjana Juhi Chawla, “hemm qawwa tal-għaġeb li tkun taf lilek innifsek u titgħallem, kif tużaha u mhux tiġġieled mad-dinja. Jekk inti taf dak li jagħmlek ferħan, il-personalità tiegħek, l-interessi u l-kapaċitajiet, biżżejjed tużahom, u kollox imbagħad jmur sewwa.”

Jekk inti trid li titkellem ma’ xi ħadd b’mod anonimu dwar il-personalità tiegħek u l-identità kun liberu li tikkuntattjana fi kwalunkwe ħin matul iċ-chat tagħna, l-app. tal-messaġġi intelliġenti, jew emejl. Dawn is-servizzi huma kollha disponibbli 24/7 u huma aċċessibbli fil-ħolqa li ġejja:

https://kellimni.com/#contact-us