Li tkun f’saħħtek

Iżżgħażagħ jippruvaw jgħelbu sitwazzjonijiet differenti u sfidi ġodda fil-ħajja tagħhom.  Jisgħtu ikunu qed jesperjenzaw problemi l-iskola, f’relazzjonijiet mal-ħbieb, bdil fiċċirkustanzi familjari, diżabilitajiet fit-tagħlim bħal ADĦD, iweġġgħu lilhom infushom, tipi differenti ta’ abbuż, deċizjonijiet kbar fuq xogħol u studju, pressjonijiet u sfidi oħra waqt li ikunu qed jikbru. Dan kollu  jista’ jaffettwa l-qagħda ta’ saħħithom.

Xi żgħażagħ isibuha diffiċli biex jitkellmu mall-qraba tagħhom jew ma’ adulti li jafdaw. Dan jista’ jġiegħel liz-zgħazagħ iħossuhom mitlufin jew li ma jistgħux joħorġu mis-sitwazzjoni li jkunu qegħdin fiha. Jekk dan iseħħ iżżgħazagħ jista’ jkollhom bdil fil-burdata, juru diżrispett id-dar u l-iskola u jduru lejn attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara fiżika u mentali.

 

Għaliex huwa importanti li tkun b’sahhtek fiżikament u mentalment?

Stil ta’ ħajja b’saħħitha tgħin lill-individwi jkollhom u jżommu  kontroll fuq is-saħħa u l-kuntentizza tagħhom, u anke jtejjbuha, billi żżidilhom l-abilita’ biex ilaħħqu maċċirkostanzi li jiltaqgħu magħhom.

Hemm numru ta’ bżonnijiet li huma importanti f’kull pjan biex inkunu b’sahhitna:

  • Ħtiġijiet bażiċi: ikel tajjeb u irqad biżżejjed
  • Sens ta’ sigurtà u stabbiltà
  • Imħabba u li tħossok aċċettat (kemm mill- familja u mill- ħbieb)
  • Rispett, indipendenza, liberta’ u li tkun kapaċi tegħleb l-ostakli

Stil ta’ ħajja li jagħti s-saħħa jmur lil hinn milli tieħu ħsieb biss il-fiżiku u s-saħħa mentali….. imma jikkontribwixxi wkoll il- benesseri tal- individwu.

 

Fatti

  • Iżżgħażagħ f’Malta qed jgħixu ħajja inattiva u dan jista’ jkun tort ta’ tibdiliet f’ tendenzi soċjali, per eżempju, ħafna miżżgħażagħ qed iqattgħu ħafna ħin quddiem il-kompjuter jew logħob iehor teknologiku.
  • Ħafna żgħażagħ f’Malta qed jigu misjuqa u mwassla mill-ġenituri f’diversi lokalitajiet minflok jaqbdu t-trasport pubbliku jew saħansitra jimxu.
  • Aktar minn 34% tat-tfal Maltin għandhom piż żejjed jew għandhom il- problema tal- obesita.

 

Kif ser nibdew?

Is-saħħa fiżika u mentali għandhom benefiċċji fit-tul peress li jtejjbu l-kwalita’ tal- ħajja u jgħinuna nilhqu l-potenzjal veru tagħna. Hemm diversi modi kif tgħix mod ta’ ħajja b’saħħitha, per eżempju:

 

Aghmel l- Ezercizzju

  • L-ezerċizzju għandu diversi benefiċċji fit-tul, per eżempju jippreveni u jiggieled il-mard fiziku u mentali, jgħinna nzommu piż tajjeb u itejjeb il-memorja.
  • Hemm firxa ta’ attivitajiet sportivi li jistgħu jinteressawk. Fosthom sport f’team, bħal futboll, basketball, volleyball, jew rugby; sport individwali bħall- għawm; sport b’dixxiplina bħal martial arts, jew lezzjonijiet ta’ żfin; jew sport tal-ħsieb bħal Scrabble jew chess.

Lista ta’ għaqdiet sportivi jinstabu hawn:  http://www.sportmalta.org.mt/direċtory

Agħmel xogħol volontarju

Il-volontarjat jinkoraggixxi żżgħażagħ biex:

  • Ikunu involuti f’opportunitajiet ta’ tagħlim mhux formali , u b’hekk jitagħlmu ħiliet ġodda ;
  • Jipparteċipaw f’esperjenzi li jtejbu u jsahhu l-ħiliet tagħhom;
  • Jiskopru esperjenzi soċjali , jiżviluppaw relazzjonijiet importanti;
  • Jiżviluppaw identità u żieda ta’ awtonomija;
  • Jifhmu il-ħtiġijiet ta ‘oħrajn u tas-soċjetà u jħossu li għandu jagħmel differenza fil-ħajja ta’ nies oħrajn;
  • Takkwista esperjenzi diversi ta’ xogħol
  • Issir membru attiv u siewi fil- komunità .

Jekk inti interessat fil-volontarjat, ikkuntattja l- Kunsill Malti għas- Settur tal- Volontarjat hawn. Għaqdiet volontarji fil-lokalita’ tiegħek issibhom hawn

 

Ingħaqad ma’ organizzazzjoni tażżgħażagħ

  • għaqdiet tażżgħażagħ jipprovdu ambjent sigur għażżgħazagħ biex jiżvilluppaw  relazzjonijiet personali u soċjali , awto- kunfidenza , stima tieghek innifsek u responsabbiltajiet fi grupp .
  • għaqdiet tażżgħażagħ jgħinu liżżgħażagħ jagħmlu għażliet li jzommuna f’sahhitna
  • Jgħallmu ħiliet tat-tmexxija f’tim, li jistgħu jgħinnu meta żagħżugħ jew żagħżugħa jibdew iffitxu xogħol.

Lista ta’ għaqdiet tażżgħażagħ tinstab hawn.