dog speek

It-tim ta’ Kellimni.com, magħmul minn operaturi, li huma professjonisti u voluntiera mħarrġa professjonalment, li kollha għandhom esperjenza li kapaċi jisimgħu, jitkellmu u jissapportjaw lil adoloxxenti u liżżgħazagħ.  

 

 

Operatur ta’ Kellimni.com hija persuna li:

  • tifhem li wieħed irid kuraġġ kbir biex jitkellem, b’hekk ha tisimgħek.
  • hija sensittiva għas- sitwazzjonijiet li jkunu qed jinkwetawk
  • hija ġenwina
  • ma tiġġudikakx jew iġġiegħlek tħossok ħażin
  • mhux ħa tiskanta b’dak li tgħidilha
  • tħallik tieħu l-ħin tiegħek
  • tista’ tavda
  • hija ta’ sapport u professjonalment immexxija biex tagħtik dak is-sapport meħtieg

 

L-operaturi ta’ Kellimni.com huma wkoll umani, li għandhom sentimenti u għalhekk jistgħu jifmhuk. Ġejjin minn kull qasam tas-soċjeta’, kienu zgħazagħ huma wkoll, esperjenzaw sitwazzjonijiet differenti  f’ħajjithom u ħabbtu wiċċhom ma’ sfidi wkoll. Għalhekk dawn qatt m’hu ser jassumu, jew jiġġudikawk dwar is-sitwazzjoni tiegħek jew fuq kif inti qed tħossok. Dawn huma nies li jimpurthom dwarek u huma hawn għalik.

Il- fokus ewlieni tal-operaturi huwa INTI. Ladarba s-sapport offrut huwa mmirrat lejk, l-operaturi tagħna ma jitkellmux ħafna fuqhom infushom jew iwieġbu mistoqsijiet personali. L-għan tagħhom huwa li, wara li tagħmel kuntatt ma’ Kellimni.com, inti tħossok daqxejn aħjar dwar is-sitwazzjoni tiegħek.