who

Kellimni.com huwa aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, inkluż dawk ta’ etá minuri.

Is-servizzi ewlenin online huma mmirati lejn minuri u żgħażagħ li għaddejjin minn abbuż, diffikultajiet                  psikoloġiċi kif ukoll esklużjoni soċjali.

Dan is-servizz ifittex li jaqdi żgħażagħ li d-drittijiet tagħhom huma miksura, bħal per eżempju dawk li jbatu minn abbuż, persuni bi bżonnijiet speċali, tfal b’familji fi kriżi, tfal li huma bullied minn sħabhom jew ta’ fuqhom, tfal b’addictions, tfal li ssir diskriminazzjoni kontrihom abbażi ta’ razza, reliġjon, sess jew orjentazzjoni sesswali, kif ukoll tfal f’kunflitt mal-liġi.