EZERCIZZJU FIZIKU – Storja ta’ Peter ta` 16 il-sena

Jien mignun fuq l-ezercizzju! Qatt ma naghmel bizzejjed! Ma nafx x’ghandi, imma meta naghmel l-ezercizzju nhossni tant tajjeb. Inhossni b’sahhti. Inhossni mimli bl’energija u mimli b’hafna sahha. Meta kont izghar kont spiss inhossni ghajjien u bla hegga, ghazzien, u kull ma ridt naghmel kien li noqghod nilghab bil-play station. Minhabba f’hekk kont nghaddi hafna hin gewwa bilqieghda. Tista` tghid li kont mitluq. Qatt ma kien ikolli aptit naghmel ftit exercizzju, ghax kien dejjem ihossni ghajjien. Imma issa naf li aktar ma taghmel ezercizzju, anqas thossok ghajjien. Naf hafna tfal illum li ma jaghmlux ezercizzju bizzejjed, u jien inwahhal fil-kompjuter u l-loghob li nilghabu fuqu, imma emnuni lid an mhux tajjeb ghal sahhitna. Jekk ma naghmlux ezercizzju ser nixjiehu malajr. Jekk naghmlu ezercizzju allura nkunu nistghu intawlu z-zmien li nhossuna verament b’sahhitna, u ma nixjehux malajr.

Skatepark1

Jien nippreferi l-football, u mmur ghat-training mat-tim erbgha darbiet f’gimgha.  Niehdu sehem f’hafna tournaments u veru niehdu pjacir nilghabu f’tim. Jien veru niehu pjacir li nkun ma shabi. Niccajtaw il-hin kollu. Ikolli nghid li t-training jehodli hafna mill-hin tieghi u mhux xi bicca xoghol hafifa. Hafna drabi nkun wisq ghajjien wara t-training biex nerga` nohrog. Wahda mill-hwejjeg tajbin dwar li tiehu sehem fl-isport hija li zzommni l-boghod minn affarijiet hziena bhas-sigaretti, alkool u drogi. Zgur li assolutament qatt mhu ser nitfa go fija dak il-hmieg kollu. Dawk iwaqqfuni milli nhossni b’sahhti u milli nhossni mimli energija.

Haga ohra tajba dwar l-ezercizzju hija li tghinni nibqa` b’sahhti fizikament. Tlett snin ilu veru kont niexef ghewda, u issa l-ezercizzju mlini kollni muskoli b’sahhithom, u kuntent hafna bihom. Haga dwar l-ezercizzju hija li trid tkun dixxiplinat, ghax xi drabi thossok ghajjien u tkun ittentat li ma tmurx ghat-training, jew li tohrog ma shabek minflok, imma trid tkun sod u tmur ghat-training. Nammetti li xi drabi jkolli nimbotta lili nnifsi, imma nemmen li dawk il-beneficcji li semmejt igeghluni nkompli bit-training.

Jien ktibt xi ftit hwejjeg important dwar it-training. Halli naqsamhom maghkom, ghax naf li xi whud minnkom ghandhom informazzjoni hazina dwar l-ezercizzju fiziku, u dwar dak kollu li huwa ta` gid ghalina. Nittama li ssibu din l-informazzjoni utli.