Nitkellmu dwar l-Emozzjonjiet

Il-mewt ta’ persuna maħbuba hija esperjenza terribbli li aħna lkoll sfortunament nesperjenzew f’xi punt matul ħajjitna.  Meta nitkellmu dwar esperjenzi bħal dawn aħna nużaw kliem bħal niket, telfa u niket wara mewt. Iżda x’irridu nfissru meta nitkellmu dwar dawn it-tliet kunċetti?

  • In-Niket wara mewt

In-niket wara mewt huwa l-perjodu ta’ niket u luttu wara mewt. In-niket huwa parti mill-proċess normali ta’ reazzjoni wara xi telfa. Reazzjoni waħda għan-niket wara mewt hija somatization, li tirreferi għas-sinstomi fiżiċi bħal uġigħ ta’ ras, uġigħ fid-dahar, u dardir li ma għandhomx kawża ovvja iżda aktarx ir-riżultat tal-emozzjonijiet tagħna. Huwa importanti li wieħed jitkellem u jaqsam dak li jħoss ma’ xi ħadd li jafda, għax li żżomm kollox ġewwa jista’ jwassal lejn problemi relatati mas-saħħa differenti.

  • Niket
  • Telfa

Meta nitkellmu dwar it-telfa aħna nistgħu nirreferu għal diversi affarijiet differenti. Normalment naħsbu dwar il-mewt ta’ xi ħadd importanti f’ħajjitna, madankollu, aħna nistgħu nesperjenzaw telfa b’modi oħra wkoll. Pereżempju, aħna nistgħu nħossu telfa fi tmiem ta’ ħbiberija jew il-ksur ta’ xi relazzjoni. Telfiet u traġedji ta’ malajr jistgħu jkunu estremament diffiċli biex wieħed jimmaniġġa u jipproċessa. Huma jistgħu jiddiżorjentawk, jiddistabbilizzawk, u jkissru lill-persuna, il-familja, l-organizzazzjon, jew il-komunità kollha.

Luttu

Il-luttu huwa l-mod li bih aħna nuru minn barra dak li nħossu internament f’niket u telfa. Kollox dwar l-ġlieda iebsa fil-bidu tal-aċċettazzjoni tat-telfa ta’ xi ħadd maħbub.

Huwa importanti li wieħed jiftakar li ma hemmx reazzjoni “normali” għal telfa għax l-esperjenza ta’ kulħadd ta’ telfa hija differenti. Madankollu, Dr Elisabeth Kubler-Ross tat tweġibiet għat-telfa li  bosta persuni għandhom komuni fil-5 Stadji ta’ Niket tagħha:

  1. Ċaħda: Individwi spiss iħossu xokk u nuqqas ta’ abbiltà li jkomplu b’ħajjithom. Iċ-ċaħda u x-xokk jgħinuna li nlaħħqu u sempliċiment ngħaddu kull ġurnata. Hekk kif inti tibda taċċetta r-realtà tat-telf u tibda tistaqsi lilek innifsek mistoqsijiet, bla ma taf inti tkun bdejt il-proċess ta’ fejqan.
  2. Rabja: Dan huwa stadju neċessarju fil-proċess ta’ fejqan. Huwa importanti li nħallu r-rabja tagħna toħroġ. Aħna ngħixu f’soċjetà li ta’ spiss tibża’ mir-rabja, iżda din tista’ tkun ħafna ta’ fejqan għax tagħti struttura lix-xejn tat-telfa.
  3. Negozjar: Qabel telfa, jidher li individwi jagħmlu minn kollox kieku il-persuna li jħobbu tibqa’ tgħix. Bħallikieku ninnegozjaw f’modi differenti, peż. “nagħmel minn kollox jekk ommi taqleb għall-aħjar.” Nintilfu f’labirint ta’ stqarrijiet bħal “Imqarr li…” jew “Li kieku…”. Aħna rridu li l-ħajja tirritorna għal dik li kienet u rridu lura l-persuna li nħobbu.
  4. Depressjoni: Sentiment ta’ vojt u niket jista’ jidħol f’ħajjitna b’mod aktar fil-fond. Individwi jistgħu jinġibdu lura u nistgħu nistgħaġbu jekk hemmx raġuni li wara kollox inkomplu b’ħajjitna. It-telf ta’ maħbub/a hija sitwazzjoni dipressanti, u d-dipressjoni hija tweġiba normali u adatta.
  5. Aċċettazzjoni: L-aċċettazzjoni mhux bilfors tfisser li inti issa “ok” jew “all right”. Hija l-aċċettazzjoni tar-realtà li dak/dik li tħobb fiżikament mar/ret. Aħna qatt ma nistgħu nissostitwixxu dak li intilef, iżda nistgħu nagħmlu konnessjonijiet ġodda, relazzjonijiet ġodda li jfissru xi ħaġa.

Affarijiet importanti biex tiftaka

  • matul luttu għal telfa, aħna ma nidħlux u noħorġu kull stadju individwali ta’ niket f’mod lineari. Aħna nistgħu nħossuna mod, imbagħad ieħor u lura lejn l-ewwel wieħed. Persuni differenti jistgħu jieħdu tul ta’ żmien differenti f’luttu għal maħbub/a tagħhom u ma hemmx ammont standard ta’ żmien li huwa kkunsidrat bħala “xieraq”. Huwa importanti li tisma’ lilek innifsek u tieħu kemm hemm bżonn żmien ta’ niket bil-għan li tkun kapaċi tibda l-proċess ta’ fejqan.
  • Huwa wkoll importanti li tiftakar li jekk ma tesperjenzax dwejjaq wara l-mewt ta’ xi ħadd li tħobb huwa mhux soltu. Għalhekk, huwa tajjeb li tkun imdejjaq u trid iż-żmien ta’ luttu qabel tibda tħossok aħjar. Jekk madanakollu inti qed tesperjenza ħsebijiet koroh li qed iħassbu lilek jew lil ta’ madwarek, jista’ jkun li għandek bżonn l-appoġġ minn adult/a li inti tafda jew professjonista.
  • Il-ħtija ta’ spissa hija kumpann tan-niket u xi nies jistgħu jaħsbu dwar “x’jiġri jekk”. Aħna għandna niftakru li ċerti affarijiet huma barra l-kontroll tagħna u għalkemm jista’ jieħu ż-żmien, aħna rridu nieqfu u noħorġu mill-passat u niffokaw minflok fuq il-futur.

TKELLEM!

Li tkun kapaċi titkellem dwar dak li tkun għaddej minnu jista’ jkun ta’ għajnuna. Li titkellem ma’ ħabiba/a, għalliem/a jew membru tal-familja jista’ jkun l-ewwel pass biex tħossok mifhum/a u appoġġat/a matul id-dwejjaq tiegħek. Jekk kollox jinħass li huwa wisq ħafna, inti tista’ tibbenefika mill-appoġġ ta’ professjonist, bħal ma huwa terapista tal-familja, wieħed li jagħti l-pariri jew psikoloġista.  Aħna f’Kellimni ninsabu dejjem hawnhekk, lejl u nhar, biex nappoġġawk. Jekk inti għaddej/ja minn esperjenza ta’ telf, u tixtieq li tiftaħ qalbek ma’ xi ħadd, il-linji taċ-chat tagħna huma miftuħin 27/4 u tista’ taċċessa b’din il-ħolqa: https://kellimni.com/#contact-us