Informazzjoni – Li nieħdu żbalji

Ma tkunx waqgħet id-dinja jekk nieħu żball!!

Hello, jien Max u għandi tnax-il sena. Jien insib l-iskola tqila ħafna. L-għalliema jgħiduli li għandi nieħu sehem aktar waqt il-lezzjoni. Lil Missieri jgħidulu li qatt ma nistaqsi xejn, jew li nuri lill-oħrajn ix-xogħol li nkun għamilt, jew nissuġġerixxi xi tweġibiet. Meta mmur id-dar, indum siegħat sħaħ nagħmel ix-xogħol tal-iskola, biex inkun ċert li nagħmel kollox perfett – missieri tgħidx kemm jirrabja! Il-ħbieb tiegħi jaħsbu li jien ma jkolli opinjoni fuq xejn.

Il-verita hi, li jien veru nibża’ nagħmel żball u li nidher tad-daħq mal-oħrajn. Għalhekk, qatt ma nagħmel mistoqsijiet fil-klassi – għax l-oħrajn jistgħu jgħidu li jew il-mistoqsija jew li jien stupidu. Qatt ma nipprova nwieġeb xi ħaġa jew li nieħu sehem fid-diskussjoni fil-klassi, għaliex jekk ma nkunx mija fil-mija ċert li hija tajba, qabel ma ngħid xi ħaġa, ma nieħux riskju li nieħu żball quddiem sħabi. Il-biza’ tiegħi hu li n-nies jidhku bija u joqgħodu jgħajruni.

Ġimgħatejn ilu kont qed nagħmel ftit tiftix għall-proġett tax-xjenza u kont veru mistgħaġeb meta qrajt li xi wħud mill-iskoperti kbar saru bi żbalji tan-nies. Per eżempju:

making mistakes

Christopher Colombus telaq bix-xini tiegħu ifittex triq ġdida biex jasal l-Asja. Ma kkalkulax sew iċ-ċirkumferenza tad-dinja u spiċċa biex sab kontinent gdid – l-Amerika – bi żball.

Charles Goodyear, bi żball, waqqa ftit gomma Indjana mħallta mal-kubrit fuq forn jaħraq, u hekk skopra l-użu għal gomma. Qatt smajt bit-tyres tal-karrozzi Goodyear?

Anki l-patata crisps, il-favoriti tiegħi, skoprewhom bi żball! Il-Kok magħruf George Crum ivvinta l-crisps meta wieħed li kien qed jiekol fir-restorant tiegħu bagħatlu lura fil-kċina ċ-chips għax ma għoġbuhx. Bir-rabja, Crum beda jqatta ċ-chips irqiq irqiq kemm felah, qliegħom sew fiż-żejt u għattihom bil-melh, u bagħathom lura. Dak ir-raġel tant għogbuh! Immaġina li kieku ma sarx dak l-iżball!

Li tieħu żball ifisser li tista’ titgħallem xi ħaġa ġdida, jew differenti. Oħrajn jistgħu jitgħallmu ukoll mill-iżball tiegħi. Wara kollox, kullħadd jiżbalja – barra dawk li qatt ma jippruvaw xejn. Hmm… min jaf!, forsi xi darba niskopru xi ħaġa kbira mill-iżbalji tiegħi!

AĦSEB FTIT:

·         Xi żbalji tagħmel is-soltu?

·         Kif tħossok meta tagħmel żball?

·         L-oħrajn x’jagħmlu meta tagħmel żball?

·         X’tista’ titgħallem mill-iżbalji tiegħek?

Migjub lilkom b’kollabrazzjoni ma’  Gestalt Psychotherapists:

1. Geraldine Borg, ger_b_202@yahoo.com / 7932 4008

2. Nadine Castillo, nadinecastillo13@gmail.com / 9945 2436  

3. Karen Schranz. karenschranz@yahoo.com / 9942 8395