MHUX JIEN BISS

Storja dwar li nahseb aktar fl-ohrajn u inqas fuqi nnifsi

Ta` sittax il-sena kont nahseb li d-dinja hija tieghi u kont nemmen li kont nista` nibdilha, u hekk kont iddecidejt. Kull darba li kont nixghel it-TV kont nisma` bi qtil iehor razzista, aktar gwerer u aktar hsara lill-ambjent. Kont ghaddejt tajjeb mill-Medsec. Gejt imrobbi tajjeb minn familja tajba. Kont naf fejn kont sejjer u l-pjanijiet tieghi kienu li naghmel bidliet kbar u tajbin f’din id-dinja mignuna, u b’hekk insir maghruf.

Darba minnhom rajt il-film “Pay it forward”, u hemm nista nghid li saret bidla vera fija. Dan il-film huwa dwar tifel li kellu sfida jikteb kif kien jippjana li jibdel id-dinja billi jibdel il-bnedmin, u kif kien ser iwettaq il-pjan tieghu. It-tifel haseb f’haga semplici – l-idea li hafna drabi meta taghmel xi haga tajba lil xi hadd ma tistennix li jhallsek lura, imma li jhallas il-quddiem billi jaghmel xi haga tajba hu lill-haddiehor. Fil-film, it-tifel beda` billi jaghmel affarijiet zghar lill-tlett minn nies li kien jaf. Dawn in-nies ihallsu l-pjacir il-quddiem billi. kull wiehed minnhom isib tlett min-nies ohra u jaghmel pjacir lilhom. B’hekk fi zmien verament qasir hafna nies kienu qed igawdu mill-idea tant sabiha ta` dan it-tifel.

Meta hrigt mic-cinema hassejtni tant kuntent u tajjeb. Hsibt fuq l-ideat kbar li jien kelli biex nibdel id-dinja, meta kull ma kelli naghmel hu li nkun jien il-bidla u nwassal dan il-messagg lill-nies ohrajn. Ma kellix nahseb fuqi nnifsi, kif ser insir maghruf, imma fuq l-attitudni tieghi ghal hajja billi nahseb aktar fl-ohrajn.

Kelli nibda bil-mod – l-ewwel billi nibda` fil-familja tieghi stess. Nghidilhom biex ma jhallsunix lura ta` xi pjacir li naghmlilhom, imma biex isibu ohrajn u jaghmlu pjacir lilhom huma. Wara mbaghad naghmel l-istess l-iskola, u kulljum, kull min niltaqa` mieghu issir opportunita` ghalija biex naghmel differenza positiva fil-kommunita` – u wara – lid-dinja.

AHSEB FTIT:

Int kuntent bid-dinja kif inhi llum?

Hemm xi affarijiet li inti tridhom ikunu differenti fid-dinja? X’inhuma?

Min ghandu r-responsabbilta` tad-dinja wara kollox?

Qatt hsibt kif inti tista` tibdel id-dinja?

helping

Migjub lilkom b’kollabrazzjoni ma’  Gestalt Psychotherapists:

1. Geraldine Borg, ger_b_202@yahoo.com / 7932 4008

2. Nadine Castillo, nadinecastillo13@gmail.com / 9945 2436  

3. Karen Schranz. karenschranz@yahoo.com / 9942 8395