In-Newroloġija tal-Moħħ

L-aktar parti kumplessa tal-ġisem uman huwa magħmul mill-ilma, infatti madwar 73% mill-moħħ huwa ilma!  B’hekk, sempliċiment 2% ta’ deidrazzjoni ħa jeffettwa l-attenzjoni, il-memorja u ħiliet oħra konjittivi.  Allura, nistgħu nibdew nieħdu ħsieb moħħna billi nixorbu biżżejjed ilma… pero’ ejjew nħarsu ftit aktar lejn il-moħħ ħalli nifhmu aktar.

Il-moħħ jista’ jiġi maqsum f’3 partijiet prinċipali: il-forebrain, il-midbrain u il-hindbrain.

Il-Hindbrain

  • Il-hindbrain jinkludi il-parti ta’ fuq tal-ispina,  tal-brain stem u ta’ ballun tessuti magħruf bħala cerebellum.
  • Dan huwa involut f’ħafna proċessi fiżjoloġiċi li jżommuna ħajjin bħar-rata tal-qalb, in-nifs, u li tkun tista’ tibla’.
  • Ic-cerebellum huwa involut fil-bilanċ u aktar aġir kumpless bħal skiing jew biex tirkeb xi rota.

Il-Midbrain

  • Dan huwa l-aktar parti ta’ fuq tal-brainstem.
  • Dan jgħin f’rwoli li għandhom x’jaqsmu mal-viżjoni u smigħ bħal biex tikkoordina l-movimenti tal-għajnejn.
  • Ir-reticular formation (RAS) hija l-aktar parti essenzjali tal-midbrain. Dan huwa involut fl-attenzjoni, f’li nkunu konxji u fl-irqad.

Il-Forebrain   

  • Il-forebrain huwa l-akbar u l-aktar parti żviluppata tal-moħħ tal-bniedem; huwa l-aktar jikkonsisti mis-cerebrum. Is-cerebrum għandu fih il-memorji, jgħinek biex tippjana, biex timmaġina u biex taħseb. Din il-parti tal-moħħ tgħinek biex taqra l-kotba, biex tilgħab il-logħob u biex tagħraf lil sħabek.
  • Is-cerebrum huwa maqsum f’2 emisferi (tax-xellug u tal-lemin).  Dawn l-emisferi huma magħqudin permess ta’ kollezzjoni ta’ newroni li tissejjaħ il-corpus callosum.
  • Dawn l-emisferi jistgħu jiġu maqsumin f’4 partijiet prinċipali.

L-Emisferi tax-Xellug u tal-Lemin

  • L-Emisfera tax-Xellug: din tieħu ħsieb il-parti tal-lemin tal-ġisem.  Hija involvuta fil-lingwa, fil-qari, f’dak li jiġi mitkellem u fil-matematika.
  • L-Emisfera tal-Lemin:   din tieħu ħsieb il-parti tax-xellug tal-ġisem. Hija involuta fil-proċessar viżwali u fil-proċessar spazjali.

 

L-Erba’ Partijiet Prinċipali tal-Moħħ

Il-Frontal Lobe: Dan huwa fejn il-ħsieb konxju jsir bħal: lingwa, li tippjana, li tiġġudika u strateġiji ta’ tagħlim.

Il-Parietal Lobe: Dawn jirċievu u jinterpretaw informazzjoni ta’ natura somatosensorju bħal uġigħ, pressjoni, temperatura eċċ. Dawn huma ukoll involuti ukoll fl-attenzjoni tagħna, fl-ipproċessar ta’ ħsejjes fi kliem u fil-karatteristiċi spazjali ta’ oġġetti.

L-Occipital Lobe: responsabbli primarjament f’li tinterpreta u f’li tiftakar informazzjoni viżwali.

It-Temporal Lobe: biex tinterpreta u tiftakar informazzjoni kumpless ta’ smigħ bħal mużika u diskors.  Ukoll, importanti għal-long-term memory speċjalment għat-tifsiriet u għall-għarfien ġenerali.

 

L-Amygdala u l-Hypothalamus

L-Amygdala: żgħira daqs lewża u tieħu ħsieb reazzjonijiet emozzjonali; speċjalment dawk ‘negattivi’.

Il-Hypothalamus: jipproduċi l-ormoni li jibdew u jwaqqfu l-produzzjoni t’ormoni oħra fil-ġisem. Dan jirregola ħafna attivitajiet li huma ta’ bżonn biex persuna tgħix bħan-nifs, it-temperatura tal-ġisem, il-ġuħ, l-għatx, is-sess, il-ġlied u li taħrab mill-periklu.

 

Il-Konnessjonijiet fil-Moħħ

Is-Sistema Nervuża hija netwerk kumplessa ta’ nervituri u ċelloli li jġorru l-messaġġi sal-moħħ u l-ispina, u mingħand l-moħħ u l-ispina għal diversi partijiet oħra tal-ġisem.  Is-sistema nervuża tgħaddi l-informazzjoni permezz ta’ newroni (nerve cells).  Dawn iċ-ċelloli speċjalizzati jgħaddu l-messaġġi tagħhom lil newroni oħra, lill-glandoli jew lill-muskoli.  Dawn in-newroni ma jmissux ma’ xulxin iżda jibgħatu messaġġi lill-ġirien tagħhom permezz ta’ spazji żgħar li jissejħu synapses. B’hekk kull synapse hija sempliċiment konnessjoni bejn żewġt newroni.

Li nkunu nafu aktar dwar moħħna jgħinna biex nifhmu aktar lilna nfusna! B’hekk nisperaw li dan l-artiklu tagħkom ftit għajnuna fit-taħbil il-moħħ!

Jekk inti trid li titkellem ma’ xi ħadd b’mod anonimu dwar il-personalità tiegħek u l-identità kun liberu li tikkuntattjana fi kwalunkwe ħin matul iċ-chat tagħna, l-app. tal-messaġġi intelliġenti, jew emejl. Dawn is-servizzi huma kollha disponibbli 24/7 u huma aċċessibbli fil-ħolqa li ġejja:

https://kellimni.com/#contact-us